Id-Distrett Għawdxi B’Kandidat Ġdid Għall-Elezzjoni Ġenerali F’Isem Il-PL
Is-Sindku tax-Xagħra Christian Zammit għadu kemm ħabbar li aċċetta s-sejħa tal-Prim Ministru Robert Abela biex jikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss.
Christian Zammit ħabbar li se jkun qed jikkontesta fid-distrett Għawdxi.
“Ma kienitx deċiżjoni faċli, imma wara għoxrin sena attiv fil-Partit Laburista, naħseb li dan hu pass naturali,” kiteb Christian Zammit fuq il-mezzi soċjali tiegħu.
Huwa tenna li se jkun jagħmel dak kollu possibbli biex fil-ġimgħat ġejjin jiltaqa’ man-nies tat-13-il distrett, filwaqt li rringrazzja lil kulħadd tal-appoġġ.