“Il-Ġenituri Ta’ Tfal Gay M’Għandhomx Jikkundannawhom Iżda Joffrulhom Appoġġ” – Il-Papa Franġisku
Il-Papa Franġisku dalgħodu qal li l-ġenituri ta’ tfal omosesswali m’għandhomx jikkundannawhom iżda joffrulhom appoġġ.
Huwa kien qed iwassal dan il-messaġġ b’mod spontanju waqt l-udjenza ta’ kull nhar ta’ Erbgħa b’referenza għad-diffikultajiet li l-ġenituri jistgħu jiffaċċjaw fit-trobbija ta’ uliedhom.
Il-Papa qal li l-ġenituri li għandhom tfal gay m’għandhomx jaqtgħu qalbhom dwar kif għandhom jiffaċċjaw din is-sitwazzjoni. Għandhom jkunu aċċettati u jakkumpanjaw lil uliedhom, u mhux jinħbew.
Huwa qal li persuni omosesswali għandhom id-dritt li jiġu aċċettati mill-familji tagħhom bħala tfal u aħwa.
Il-Papa Franġisku qal ukoll li għalkemm il-Knisja ma’ tistax taċċetta żwieġ ta’ l-istess sess, hija tappoġġa żwieġ ċivili li jagħtu drittijiet legali liż-żewġ persuni b’mod ugwali.
Ritratt: Reuters