Il-Greċja Kif Mhux Normalment Naraw…

 Il-Greċja Kif Mhux Normalment Naraw…

Il-Greċja u bosta gżejjer tagħha qed jesperjenzaw temp kiesaħ aktar minn normal tant li t-temperatura niżlet taħt iż-żero.

Il-Gvern ħareġ avviż sabiex in-nies joħorġu biss għal bżonnijiet essenzjali. L-iskejjel għalqu u qed jagħmlu l-lezzjonijiet online, filwaqt li bosta postijiet tax-xogħol baqgħu magħluqin.

Jidher li mewġa polari Siberjana ġabet temp kiesaħ ħafna u borra fir-reġjun kollu tal-Balkani partikularment fil-Greċja u anke t-Turkija.

Gżejjer Griegi li jinsabu fil-Baħar Eġew u anke dawk fil-Mediterran, bħal Kreta li normalment huma popolari għax-xemx u l-bajjiet sbieħ tagħhom, qed jaraw xeni rari ħafna bi djar tipiċi Mediterranji miksija bil-borra.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com