Il-Kalakku B’Materjal Mużikali Ġdid B’Messaġġ B’Saħħtu – “MARA”

 Il-Kalakku B’Materjal Mużikali Ġdid B’Messaġġ B’Saħħtu – “MARA”

“MARA” hija diska ġdida bil-lingwa Maltija li għada kemm ġiet imnedija ftit tal-ħin ilu fuq il-mezzi soċjali.

“Il-vjolenza domestika qatt m’hi skużata u l-mewt mhux soluzzjoni!” Dan huwa l-messaġġ b’saħħtu li qed iwassal Matthew Attard, il-‘Kalakku b’lirika mill-aqwa u interpretazzjoni eċċellenti.

Tkellimna mal-Kalakku nnifsu fejn qalilna li dan huwa proġett mużikali li nħaddem b’dedika lil dawk kollha li raw ħafna niket tul ħajjithom kif ukoll b’memorja ta’ dawk li sfaw vittma kaġun ta’ hekk, riċentement Paulina Dembska.

Huwa qalilna li dan il-proġett ilu lest minn Marzu li għadda, “però issa wasal iż-żmien li joħroġ fil-beraħ,” temm jgħid il-Kalakku.

Matthew Attard finalment irringrazzja lil Gilkicker Music tal-produzzjoni kif ukoll lil Marlon Polidano tal-filmat. Irringrazzja b’mod speċjali wkoll lil Jessica Jane, Melanie Buttigieg, Esther Spiteri, Jane Morozova u Hayley Ghiller li ħadu sehem fil-vidjow mużikali.

Awguri!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com