Il-Kamra Tal-Kummerċ U L-MEA Jaqblu Li Min Iħaddem Għandu Jkollu Dritt Jitlob Lill-Impjegati Ċ-Ċertifikat Tal-Vaċċin

 Il-Kamra Tal-Kummerċ U L-MEA Jaqblu Li Min Iħaddem Għandu Jkollu Dritt Jitlob Lill-Impjegati Ċ-Ċertifikat Tal-Vaċċin

Id-Direttur Ġenerali tal-Malta Employers’ Association (MEA) Joseph Farrugia u l-President tal-Kamra tal-Kummerċ Marisa Xuereb jaqblu dwar il-preżentazzjoni taċ-ċertifikat tal-vaċċin biex l-impjegati jkunu jistgħu jidħlu għax-xogħol.

Dan qaluh dalgħodu waqt li kienu mistiedna jiddiskutu dan is-suġġett fuq il-programm TVAM.

Joseph Farrugia qal li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet fil-bord dwar dan. Huwa sostna li l-virus ma jiddiskriminax bejn nies li jidħlu f’restorant u dawk li jidħlu għax-xogħol.

Marisa Xuereb dwar dan qalet li hi mhux qed tgħid li l-vaċċin għandu jkun mandatorju, però min iħaddem għandu jkollu d-dritt li jekk hemm riskju għoli ta’ infezzjonijiet jżomm ħaddiema biss li huma mlaqqma. Wieħed għandu jimxi skond ir-riskju li jeżisti fil-post tax-xogħol u għandha tkun deċiżjoni ta’ min iħaddem biex jara x’inhu tajjeb wara li jkun għamel l-assessjar tas-sitwazzjoni.

Tkellmu wkoll dwar il-problemi kbar li bosta kumpanija u postijiet tax-xogħol għandhom bħalissa minħabba li ammont sostanzjali tal-ħaddiema jinsabu f’kwarantina.

X’taħseb dwar dan ?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com