Il-Kapitlu Tal-Kolleġġjata Ta’ San Pawl Nawfragu U L-Għaqda Tal-Pawlini Valletta Bi Stqarrija Dwar It-Tħabbira Li Saret Marbuta Mal-Festi

 Il-Kapitlu Tal-Kolleġġjata Ta’ San Pawl Nawfragu U L-Għaqda Tal-Pawlini Valletta Bi Stqarrija Dwar It-Tħabbira Li Saret Marbuta Mal-Festi

Fi stqarrija, intqal hekk: “Wara li fl-aħbarjiet din il-ġimgħa ġie mħabbar li saret laqgħa bejn l-awtoritajiet Ċivili, Ekkleżjastiċi u l-Għaqda Każini tal-Baned, fid-dawl tal-istqarrija tal-aħħar, il-Kapitlu tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu, Valletta u l-Għaqda tal-Pawlini, Valletta, jinnutaw:

1 Li Minkejja t-talba tal-Arċipriet li jkun preżenti fil-laqgħa din ma ġietx milqugħa,
2 Li l-Awtoritajiet kemm Ċivili u kemm Ekkleżjastiċi ma ħarġu ebda stqarrija uffiċċjali dwar il-konklużjonijiet tal-laqgħa,
3 Minn dak li ġie rrappurt jidher li ċ-ċirkustanzi attwali tal-festa ta’ San Pawl ma kienux ikkunsidrati, minkejja li ingħatat kopja tal-protokolli ta’ ħarsien tas-saħħa li qed jiġu proposti.

Il-Kapitlu tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu, Valletta u l-Għaqda tal-Pawlini, jiċċaraw li il-programm propost li jsir għal din is-sena, huwa ferm ridott minn dak ta’ snin oħrajn, u speċjalment minn festi tas-sajf, hekk kif mhux qed jiġu mitluba permessi għal marċi, iżda biss għal purċissjoni reliġjuza f’forma mqassra.

Fid-dawl ta’ dan qed tintalab laqgħa mal-Awtoritajiet tas-Saħħa sabiex jiġu ċċarati il-proposti tal-programm tal-festa ta’ San Pawl, u li tkun milqugħa it-talba għal purċissjoni b’mod ridott u bi protokolli ta’ ħarsien tas-saħħa.”

Ritratt: Għaqda tal-Pawlini, A.D. 1970 – Valletta

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com