Il-Karnival Ta’ Malta Ħa Jkun Qed Isir B’Mod Ridott Ħafna

 Il-Karnival Ta’ Malta Ħa Jkun Qed Isir B’Mod Ridott Ħafna

Festivals Malta ħabbar li ser ikun qiegħed jippreżenta programm kulturali alternattiv għall-edizzjoni tal-Karnival ta’ Malta 2022.

Fi stqarrija ntqal li l-programm li qed jitħejja huwa intiż li filwaqt li titkompla tiġi ċċelebrata l-espressjoni artistika u t-tradizzjonijiet kulturali ta’ pajjiżna, tiġi mħarsa wkoll is-saħħa tal-parteċipanti u l-pubbliku b’mod ġenerali.

Għaldaqstant Festivals Malta qalet li ser tkun qed itella programm kulturali li jħares il-protokolli maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa pubblika fejn ser jinkludi esebizzjoni tal-kostumi u fotografija marbuta mal-Karnival, interpretazzjoni tal-Qarċilla ġewwa Spazju Kreattiv, kif ukoll fit-toroq tal-Belt Valletta ser jiġu esibiti installazzjonijiet b’materjal tradizzjonali karnivalesk.

Aktar dettalji se jingħataw fil-ġranet li ġejjin.

Ritratt: Sebio Aquilina

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com