Il-Kowċ Ta’ Balzan Paul Zammit Ġie Ppreżentat Bl-Unur Ta’ Kowċ Tax-Xahar Għal Diċembru
F’Diċembru, Balzan taħt Zammit lagħbu żewġ logħbiet, draw kumbattut ta’ 3-3 ma’ Santa Lucia segwit minn rebħa stupenda 2-1 fuq Valletta li pppermettew lil Balzan ikomplu bil-mixja tagħhom għall-post mal-ewwel sitta fit-tieni fażi tal-Kampjonat.
B’kollox Paul għandu 406 partiti fl-ogħla diviżjoni, it-tieni l-aktar kowċ b’logħob fl-ogħla diviżjoni wara l-predeċessur tiegħu fit-tmexxija ta’ Balzan, Mark Miller b’427 logħba.
Il-kowċ irnexxielu jakkwista 126 punt fil-votazzjoni li ssir mill-captains tat-timijiet tal-Premier League, mit-team managers, staff tekniku u l-media.
Il-Viċi President tal-Malta FA Adrian Casha flimkien ma’ Hubert Baldacchino Brand Manager ta’ KIA ppreżentaw it-trofew Motors Inc. Kowċ tax-Xahar għal Diċembru 2021 lill-kowċ Zammit li għażel lill-Fondazzjoni Puttinu Cares biex tibbenefika mill-għotja marbuta ma’ dan l-unur.