Il-Lejla L-Kantant Janvil Se Jkun Qed Jirritorna B’Mużika Ġdida U Vibranti
Illum, Janvil ser inkun qed jerġa’ jirritorna lura fix-xena mużikali b’diska ġdida u friska, bl-isem ta’ ‘Saving Grace’.
Propju din id-diska ħa tkun qed tiġi mnedija llum fis-7:00pm permezz ta’ vidjow fuq il-mezzi soċjali kif ukoll fuq il-pjattaforma Youtube.
‘Saving Grace’ hija miktuba minn Joe Roscoe, u b’mużika u produzzjoni ta’ Edward Abela.
Tkellimna ma’ Janvil propju ftit sigħat qabel din it-tnedija u qalilna li kif kien wiegħed huwa stess din is-sena ser tkun immarkata bir-ritorn tiegħu b’mużika ġdida u vibranti kif ukoll aktar ħidma sabiex fiż-żmien li ġej jkompli joħroġ aktar mużika oriġinali.
Janvil qalilna wkoll li ħadem ħafna sabiex il-materjal li ħa jkun qed jniedi llum kif ukoll fiż-żmien li ġej jkollu aspetti viżivi differenti minn dawk li n-nies kienu mdorrijin jaraw fid-diski tiegħu.
‘Saving Grace’ hija kanzunetta dwar dawk li jerġgħu jsibu l-imħabba, anke wara li jkunu tilfu t-tama fiha.
Awguri Janvil!
Ara l-vidjow mużikali: