Il-Maħbub Konsulent Dr Victor Calvagna Ħalla Din Id-Dinja

 Il-Maħbub Konsulent Dr Victor Calvagna Ħalla Din Id-Dinja

Fuq il-paġna uffiċjali ta’ Puttinu Cares tħabbar li l-Konsulent tant mahbub Dr. Victor Calvagna għadu kif ħalla din id-dinja.

“Kien bniedem umli li ta’ ħajtu kollha lit-tfal morda u l-ġenituri li tant kien iħobb. Għallimna kif inkunu ta servizz għall-oħrajn mingħajr ma nistennew xejn lura. Grazzi tal-eżempji sbieħ u l-valuri li rawwimt fina. Ma ninsewk qatt”, inkiteb fuq il-paġna.

Kondoljanzi jmorru lil martu Carmen, uliedu Francesca u Rebecca, familjari u ħbieb kollha.

Dettalji taċ-ċelebrazzjoni ta’ ħajtu ser jingħataw iktar il-quddiem.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com