Il-MESC 2022 – Xalata Ta’ Kanzunetti U Kantanti B’Ġeneri Differenti

 Il-MESC 2022 – Xalata Ta’ Kanzunetti U Kantanti B’Ġeneri Differenti

Il-Malta Eurovision Song Contest qed jerġa’ jirritorna bi kbir, b’kanzunetti u kantanti interessanti li żgur se jagħtu spettaklu mill-aqwa u jiġbdu l-interess ta’ bosta segwaċi kemm lokali kif ukoll dawk internazzjonali.

Bla dubju bil-varjetà ta’ kanzunetti u kantanti li hemm se tkun kompetizzjoni b’saħħitha ħafna sabiex jkun magħruf minn ser jirrappreżenta lil Malta fil-Festival tal-Eurovision f’Turin, l-Italja.

Fost il-kanzunetti din is-sena hemm dawk bil-lingwa Malti wkoll bħal; “II”, “Ritmu” u “A Lover’s Heart,” bil-kanzunetta Electric Indigo ta’ Baklava flimkien ma’ Nicole rnexxielhom jgħaqqdu mużika folkloristika tradizzjonali Maltija u electro pop.

Dan il-grupp, li se jkun qed jerġa’ jirritorna wara ħdax-il sena, b’formazzjoni differenti. Il-grupp Baklava huwa magħmul mill-preżentatur u vjolinista popolari, Joseph Chetcuti, Lyann Iles, u Nicole Vella.

Nicole mhux wiċċ ġdid hekk kif fl-2019 kienet rebħet Miss World Malta, hija wkoll bint il-kantanti Debbie Scerri li rrappreżenta lil Malta fil-Eurovison lura fl-1997 bil-kanzunetta “Let Me Fly.” Il-kantanta Lyann Iles mill-grupp Baklava wkoll familjari hekk kif hija wkoll mudella li fl-2018 kienet klassifikat bħala 1st runner up għat-titlu ta’ Miss Universe Malta. Nicole u Lyann flimkien ma’ Joseph Chetcuti qed jiffurmaw il-grupp elettro-pop Baklava.

Fl-edizzjoni tal-Malta Eurovision Song Contest ta’ din is-sena hemm diversi kantanti li diġà aħna familjari magħhom fosthom minn edizzjonijiet tal-passat ta’ X-Factor Malta, kif ukoll xi kantanti ġodda li se jkunu qed jagħmlu d-debutt tagħhom f’dan il-konkors.

22 kanzunetta se jkunu qed jikkompetu għat-titlu f’żewġt serati fis-17 u d-19 ta’ Frar, b’sitt kanzunetti jiġu eliminati fl-ewwel serata biex jonqsu għal 16-il kanzunetta finalista. Bla dubju se jkunu żewġ serati eċċitanti ħafna fejn se naraw liem kanzunetta ser tkun qed tispikka fost dawk kollha li qed jikkompetu. Se tkun kanzunetta ballad? Waħda aktar b’ritmu mgħaġġel? Jew xi waħda b’ħoss aktar distintiv u uniku? Se nkunu nafu fi Frar!

Sadanittant, nixtiequ lill-kantanti, il-kompożituri u l-awturi kollha l-aqwa suċċess f’dan il-konkors.

Ara wkoll:

Isma’: It-22 Kanzunetta Li Se Jieħdu Sehem Fil-MESC 2022

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com