Il-Ministru Għall-Affarijiet Barranin Libjan Tirringrazzja Lil Malta Għall-Appoġġ Tagħha Lin-Nazzjonijiet Uniti
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Libjana Najla Mangoush esprimiet is-sodisfazzjon tagħha lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo dwar l-offerta ta’ Malta biex tappoġġja l-ħidma tan-Nazzjonijiet Uniti biex tgħin lil-Libjani jgħixu f’Libja magħquda, sovrana u prospera. Il-Ministru Mangoush irringrazzjat lill-Gvern Malti għall-appoġġ għall-isforzi tan-Nazzjonijiet Magħquda biex jippromwovu djalogu inklussiv fost il-Libjani biex jimmobilizzaw appoġġ reġjonali u internazzjonali biex ifittxu bażi komuni għall-ġid komuni tal-poplu Libjan kollu.
Aktar kmieni l-Ministru Bartolo kien wassal l-appoġġ ta’ Malta lin-NU biex tfittex il-ġid komuni tal-poplu Libjan waqt konversazzjoni bit-telefon ma’ Stephanie Williams, Konsulent Speċjali dwar il-Libja tas-Segretarju Ġenerali tan-NU.
Wara d-diskussjoni mal-Ministru Bartolo, is-Sinjura Williams ‘laqgħet l-appoġġ bla waqfien tal-Istat ta’ Malta għall-ħidma tan-Nazzjonijiet Magħquda fil-Libja u l-ħtieġa li l-elezzjonijiet jerġgħu lura fit-triq stabbilita tagħhom.’ Is-Sinjura Williams qalet li l-Ministru Bartolo u hija nfisha saħqu fuq il-ħtieġa li jiġu intensifikati u kkoordinati l-isforzi fil-livelli reġjonali u internazzjonali b’appoġġ għall-poplu Libjan.
Ritratt: Il-Ministru Libjana Najla Mangoush mal-Ministru Evarist Bartolo fi Tripi, il-Libja.