Il-Ministru Zammit Lewis Iżur Lill-Ħaddiema Tal-Qorti Biex Jirringrazzjahom Tax-Xogħol Tagħhom F’Dawn Il-Mumenti Ta’ Sfida

 Il-Ministru Zammit Lewis Iżur Lill-Ħaddiema Tal-Qorti Biex Jirringrazzjahom Tax-Xogħol Tagħhom F’Dawn Il-Mumenti Ta’ Sfida

Hekk kif ix-xogħol fil-Qorti jrid jibqa’ għaddej anke f’ċirkustanzi diffiċli ta’ bħalissa, l-uffiċini amministrattivi wkoll iridu jibqgħu jaħdmu minn wara l-kwinti sabiex l-operat fil-Qorti u fl-awli ma jieqafx.

Dalgħodu biex jirringrazzja lil dawn il-ħaddiema tax-xogħol tagħhom f’dawn il-mumenti ta’ sfida, għamel żjara l-Ministru Edward Zammit Lewis stess fl-uffiċini tal-Amministrazzjoni kif ukoll tar-Reġistri tal-Qorti.

“Dawn huma wħud mill-‘frontliners’ tagħna fil-qasam tal-Ġustizzja,” qal il-Ministru Zammit Lewis waqt li kien qed idur jawgura s-sena t-tajba lill-ħaddiema.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com