Il-MPE Cyrus Engerer Maħtur Membru Fil-Kumitat Għad-Drittijiet Tan-Nisa U L-Ugwaljanza Tal-Ġeneru Tal-Parlament Ewropew

 Il-MPE Cyrus Engerer Maħtur Membru Fil-Kumitat Għad-Drittijiet Tan-Nisa U L-Ugwaljanza Tal-Ġeneru Tal-Parlament Ewropew

“Ma nistax ma nagħmel xejn quddiem l-inġustizzji kollha li jsiru kontra n-nisa fl-Ewropa. Ilkoll għandna nagħmlu l-almu tagħna, kemm f’darna, fuq il-postijiet tax-xogħol, fl-ibliet u l-irħula tagħna u l-bqija tal-Ewropa, biex jinqered l-iżbilanċ tal-ġeneru. F’xogħli fi ħdan dan il-Kumitat, hekk beħsiebni nagħmel.” – Il-MPE Engerer

L-Ewroparlamentari Laburista Cyrus Engerer għadu kif ġie magħżul biex jirrappreżenta lill-Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-Parlament Ewropew fil-ħidma tal-Kumitat tad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Ġeneri (FEMM). Engerer se jkun l-ewwel deputat Malti appuntat fi ħdan dan il-kumitat, minn minndu Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea fl-2004.

“Ma nistgħux navvanzaw lejn l-ugwaljanza jekk se nibqgħu passivi,” saħaq Engerer mal-ħatra tiegħu. ”Hemm ħafna xogħol li rriedu nagħmlu minnufih, fosthom il-ġlieda għall-ugwaljanza tal-ġeneru, il-ġlieda kontra l-vjolenza domestika u l-femiċidji, u l-ġlieda biex nassiguraw li kull mara jkollha l-istess opportunitajiet biex tavvanza fis-soċjetà tagħna.”

Minndu ġie elett fil-Parlament Ewropew, Engerer kien fuq quddiem nett tal-ġlieda għad-drittijiet tan-nisa fil-ħidma Parlamentari tiegħu. Huwa kompla blli spjega kif il-femiċidju riċenti ta’ Paulina Dembska, li ħasad lil Malta u qajjem protesti fil-pajjiż, spirah biex jieħu aktar azzjoni konkreta fil-qasam tal-ugwaljanza tal-ġeneru.

Huwa spjega li l-għan tiegħu bħala Membru Malti fil-Kumitat FEMM hu li jinbena pont bejn is-soċjetà kollha biex niżguraw li qiegħdin tassew insibu soluzzjonijiet komuni, għal problemi komuni.

Il-ħidma tal-Kumitat FEMM titratta liġijiet li jirrelataw mad-drittijiet tan-nisa, fosthom il-vjolenza domestika, l-femiċidji, d-drittijiet tal-familja, u l-parteċipazzjoni tan-nisa f’kull livell tas-soċjeta’. Apparti li tassigura ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-bilanċ politiku, il-kumitat jiddedika ruħu biex jipproteġi d-drittijiet u l-valuri tan-nisa, filwaqt li juttilizzahom biex tissaħħaħ l-ekonomija.

Il-prijoritajiet tal-grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-kumitat FEMM huma li jittejbu d-drittijiet ta’ leave, kemm għall-maternita’ u anka għall-paternita’, l-promozzjoni ta’ trattament u paga ugwali bejn in-nisa u l-irġiel, u li jitqassmu ugwalment ir-responsabiltajiet bejn in-nisa u l-irġiel.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com