Il-Pillola Tal-Pfizer Kontra L-Covid-19 Approvata Mill-EMA

L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (EMA) għadha kemm approvat il-pillola tal-Covid-19.
Din il-pillola manifatturata mill-kumpanija Pfizer hija l-ewwel waħda tax-xorta tagħha approvata mill-EMA.
L-Aġenzija qalet li din il-pillola hija rakkomandata biex tittieħed minn dawk l-adulti pożittivi għall-Covid-19 u jkollhom sintomi b’mod sever.
Din il-pillola se tkun qed issir f’żewġ tipi u hija l-ewwel tip ta’ kura li wieħed se jkun jista’ jieħu fid-dar biex ifiq mill-Covid-19.
Bla dubju din hija qabża kbira ‘l quddiem sabiex tkun imrażżna l-pandemija.
Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne kien qal li la darba din il-pillola tkun approvata, l-Gvern għandu diġà arranġamenti mal-Unjoni Ewropea sabiex tinxtara.