Il-Pjan Huwa Li Malta Tixtri L-Pilloli Kontra L-Covid-19 Hekk Kif Ikunu Approvati Fl-Ewropa

 Il-Pjan Huwa Li Malta Tixtri L-Pilloli Kontra L-Covid-19 Hekk Kif Ikunu Approvati Fl-Ewropa

Il-pjan ta’ Malta huwa li jinxtraw il-pilloli li jaħdmu kontra l-Covid-19, ladarba dawn ikunu approvati mill-Aġenzija Ewropea tal-Mediċina.

Din il-pillola hija kunsidrata bħala ‘game changer’ fil-ġlieda kontra l-pandemija.

Il-pjan huwa li din il-pillola tkun mixtrija bl-istess mod kollettiv mal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea kif ġara bil-vaċċin.

Din il-pillola tal-Pfizer hija magħmulha biex tkun ikkonsmata minn dawk il-persuni li jkunu pożittivi bil-Covid-19. B’rata għolja ta’ 89% li ma jkollokx komplikazzjonijiet u mard serju waqt li tkun pożittiv għal-Covid-19, din il-pillola hija arma kruċjali.

S’issa l-pillola ġiet approvata fir-Renju Unit.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com