“Il-PL Qered Ir-Reputazzjoni Tal-Maltin U L-Fiduċja Fin-Negozju” – Peter Agius

 “Il-PL Qered Ir-Reputazzjoni Tal-Maltin U L-Fiduċja Fin-Negozju” – Peter Agius

“Lin-negozjant Malti jgħajruh Kapitalist jew Komunist.”

Hekk kiteb il-Kelliem Ewlieni tal-PN, Peter Agius fuq il-mezzi soċjali tiegħu. Huwa qal li lin-negozjant Malti “ma jriduhx igerger, iriduh isofri l-konsegwenzi tal-ħniżrijiet tagħhom fis-silenzju nisrani.”

Peter Agius ippubblika email li rċieva importatur Malti li jbiegħ prodotti ta’ ironmongery.

Spjega kif dan l-importatur Malti ilu jimporta minn din il-kumpannija Taljana erbgħin sena. “Issa f’daqqa waħda mhux jafdawh. Talbuh l-accounts tal-aħħar sentejn,” kiteb Agius.

Huwa kompla jispjega fejn qal li meta ċempel biex isaqsi għaliex talbu dawn id-dokumenti, qalulu, “l-insurance tagħna qaltilna li rridu nkunu aktar attenti mill-Maltin, ħabba l-lista l-griża.”

“Il-Labour qered il-fiduċja fin-negozju…Qered ir-reputazzjoni tal-Maltin barra u hawn Malta wkoll,” temm jgħid il-Kelliem tal-PN , Peter Agius filwaqt li temm il-kitba tiegħu billi qal li “min ikisser ma jistax isewwi. Pajjiżna fi bżonn urġenti ta’ bidla mill-qiegħ.”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com