Il-PN B’Proposti Biex Jgħin Lis-Settur Turistiku Fl-Immedjat U Biex Jilqa’ Għall-Impatt Tal-Pandemija

 Il-PN B’Proposti Biex Jgħin Lis-Settur Turistiku Fl-Immedjat U Biex Jilqa’ Għall-Impatt Tal-Pandemija

“Jekk irridu nsalvaw is-settur tal-ospitalità u t-turiżmu fi żmien hekk diffiċli, il-Gvern għandu jinvesti l-flus fis-settur u mhux iħalli li l-flus jitberbqu fuq kuntratti u pjaċiri lill-klikka tal-qalbha.”

Kien dan il-messaġġ ewlieni ta’ konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Partit u Kelliem għat-Turiżmu Robert Arrigo, flimkien ma Graham Bencini President tal-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista kif ukoll kandidat.

Robert Arrigo qal li minħabba ż-żieda qawwija ta’ każijiet ta’ Covid-19 u anke fid-dawl tal-impatt li din iż-żieda qed iġġib fuq is-settur tal-catering u t-turiżmu, il-PN jemmen li l-Gvern għandu jgħin lis-settur b’mod immedjat.

Matul din il-konferenza l-PN ppropona li:

  • Sa Marzu li ġej għandhom jitneħħew it-tariffi relatati mal-liċenzji tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.
  • Il-VAT għar-ristoranti u bars għandha tonqos għal 7% bħal fil-każ tal-lukandi.
  • Il-Gvern għandu jintervjeni kif wiegħed dwar iż-żieda fil-prezz tal-heating fuel oil li żdied bi 8% min-Novembru sa issa.
  • Il-Wage Supplement jiġi estiż sa Maruz tas-sena 2022.
  • L-Awtoritá Maltija għat-Turiżmu u l-Ministru jieqfu jonfqu flejjes allokati għas-settur fuq id-distrett u minflok jikkonċentra aktar fuq pjan ta’ marketing għall-pajjiżna u jinvesti f’setturi ta’ turiżmu li jinsabu mitluqa.

Graham Bencini min-naħa tiegħu emfasizza li l-flus għandhom jintefqu fejn verament għandhom bżonn. Hu semma każijiet ta’ tberbiq ta’ flus fl-aħħar ġimgħat li juru li l-prioritajiet tal-Gvern huma ħżiena.

Hu appella lill-Gvern biex jagħti lis-settur l-importanza li għandu bżonn. Irridu naġixxu mill-aktar fis biex dak li nbena matul is-snin ma jintilifx.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com