Il-PN Jappella Lill-Gvern Biex Ikun Ċar Jekk Hux Se Jappoġġja It-Tnax-il Abbozz Ta’ Liġi Ppreżentati Mill-Oppożizzjoni

 Il-PN Jappella Lill-Gvern Biex Ikun Ċar Jekk Hux Se Jappoġġja It-Tnax-il Abbozz Ta’ Liġi Ppreżentati Mill-Oppożizzjoni

Il-Partit Nazzjonalista qed jappella lill-Gvern biex ikun ċar dwar jekk hux se jkun qed jappoġġja t-12-il Abbozz ta’ Liġi ppreżentati mill-Oppożizzjoni.

Fi stqarrija l-PN saħaq li jixtieq jaħdem flimkien mal-Gvern biex Malta toħroġ mill-greylist għall-ġid kollettiv tan-negozji, min iħaddem, il-ħaddiema u l-istudenti.

Il-PN sostna li t-12-il Abbozz ta’ Liġi li qed jipproponi jagħtu lil Malta futur isbaħ billi jagħmluha post aktar sigur fejn tgħix u ġurisdizzjoni aktar serja fejn tagħmel in-negozju. L-Abbozzi se jsaħħu wkoll l-ġurnaliżmu ħieles u s-saltna tad-dritt filwaqt li jiġġieldu l-korruzzjoni, il-kriminalità finanzjarja u l-mafja.

Il-PN qal li l-Ministru tal-Ġustizzja Edward Zammit Lewis wara sitt xhur ma ppreżenta l-ebda riformi legali, “xogħol li għalih qed jitħallas minn flus il-poplu.”

Il-PN temm jgħid li jekk il-Gvern irid jaħdem għall-ġid tal-pajjiż, jaħdem flimkien mal-Oppożizzjoni biex sal-aħħar ta’ dan ix-xahar japprova dawn l-Abbozz ta’ Liġi.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com