Il-PN Jerġa’ Jtenni L-Appell Biex Jiġu Introdotti Self-Testing Kits

 Il-PN Jerġa’ Jtenni L-Appell Biex Jiġu Introdotti Self-Testing Kits

Il-Partit Nazzjonalista għal darb’oħra qed jipproponi li jiġu introdotti self-testing kits sabiex titrażżan il-problema tal-pandemija f’pajjiżna.

Fi stqarrija l-PN saħaq li l-Gvern għandu jkun aktar trasparenti fid-deċiżjonijiet li qed jittieħdu. “Hemm bżonn li l-Gvern ma jibqax sieket u jħalli pajjiż fil-għama,” tenna l-PN filwaqt li ntqal li hu importanti li l-awtoritajiet tas-saħħa jindikaw b’mod ċar liema varjant hu l-aktar dominanti fiċ-ċirkostanzi preżenti, “il-poplu għandu dritt ikun jaf.”

Il-PN qal li huwa ċar li s-sistema tat-testing, u contact tracing f’Malta falliet.

Il-PN temm jgħid li l-Gvern għandu jkun aktar trasparenti kemm fid-deċiżjonijiet li qed jieħu u anke fil-mod kif qed jadotta l-istrateġija biex tkun miġġielda l-pandemija.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com