Il-PN Jilqa’ T-Tneħħija Tal-Miżuri U Jgħid Li “Diġà Qegħdin Tard”

 Il-PN Jilqa’ T-Tneħħija Tal-Miżuri U Jgħid Li “Diġà Qegħdin Tard”

Il-Partit Nazzjonalista laqa’ l-aħbar li l-Gvern se jkun qed ineħħi l-miżuri b’rabta mal-pandemija tal-Covid-19 fil-jiem li ġejjien.

Fi stqarrija ntqal li dak li ħabbar il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne aktar kmieni llum jikkonferma il-pożizzjoni tal-PN u ħafna mis-soċjetà ċivili li l-miżuri li daħħal il-Gvern ħamest ijiem ilu huma eċċessivi fil-kuntest tal-lum meta Malta għandha iktar minn tliet kwarti tan-nies vvaċċinati tliet darbiet.

Il-PN kien emfasizza li l-miżuri li għadhom fis-seħħ huma diskriminatorji u żiedu piż ieħor fuq min iħaddem li diġà kienu qed jiffaċċjaw diffikultajiet kbar fil-provvista tax-xogħol, żieda fl-ispejjeż u burokrazija miżjuda.

“Wara li Chris Fearne u l-Gvern Laburista attakkaw lil Bernard Grech, issa huma stess qed irreġġgħu lura minn miżuri li kellhom bżonn ħafna sagrifiċċji u burokrazija biex jiddaħħlu,” saħaq il-PN, filwaqt li qal li “fl-aħħar jiem rajna problemi fis-settur tal-catering, b’14 fil-mija tas-sidien tar-ristoranti u l-bars jgħidu li qed jikkonsidraw li jagħlqu l-bibien tagħhom.”

Il-Partit Nazzjonalista jisħaq fuq l-importanza li jittieħed il-booster, madankollu jenfasizza l-bżonn ta’ bilanċ u miżuri li jagħmlu sens għall-kuntest.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com