Il-Portugiżi Jerġgħu Jagħżlu Gvern Soċjalist

Il-Prim Ministru Portugiż António Costa kellu rebħa oħra fejn għal darb’oħra, ikkonferma maġġoranza Soċjalista fil-Parlament.
Il-Partit Soċjalista ġab 41.7% filwaqt li l-partit li l-aktar ġab voti warajh, kien dak tas-Soċjalisti Demokratiċi fejn kiseb 28%.
Dan ifisser li l-Partit Soċjalista fil-Portugal ser ikollu minn tal-inqas 117-il siġġu minn 230 fl-Assemblea tar-Repubblika.