Il-Programm Awla Jitwaqqaf Milli Jixxandar B’Mandat Ta’ Inibizzjoni

 Il-Programm Awla Jitwaqqaf Milli Jixxandar B’Mandat Ta’ Inibizzjoni

Il-Programm Awla li jixxandar fuq l-istazzjon One, l-lejla mhux se jixxandar. Dan wara li ħareġ mandat ta’ inibizzjoni li waqqaf li dan il-programm ikun mxandar.

Illejla l-programm Awla kien ser jiddiskuti l-omiċidji u kienet ser tixxandar intervista ma’ omm Chantelle Chetcuti, vittma li kienet inqatlet b’daqqiet ta’ sikkina f’Ħaż Żabbar.

Madankollu l-programm ġie mwaqqaf fl-aħħar ħinijiet milli jkun imxandar b’mod sħiħ b’mandat ta’ inibizzjoni fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili mressaq minn Justin Borg, l-allegat qattiel ta’ Chantelle Chetcuti.

Ritratt: Facebook

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com