Il-Pulizija B’Tfittxija Għall-Anzjan Li Ġie Rrappurtat Nieqes

Il-Pulizija għaddejja b’tfittxija għall-anzjan li ġie rrappurtat nieqes.
Ir-raġel jismu John Davis, Ingliż ta’ 71 sena, li jgħix Ta’ Kerċem, Għawdex.
Huwa deher l-aħħar iċ-Ċirkewwa u kien liebes flok kannella fl-aħmar, qalziet iswed u sandli. Hu kien qed iġorr basket abjad.
Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.