Il-Qassis Popolari U Maħbub Fr Rob Galea Qed Jistiednek Għall-Quddies Ta’ Nhar Il-Ħadd

Il-qassis Malti Fr Rob Galea, li huwa magħruf fuq livell internazzjonali fejn bil-mużika tiegħu jiġbed ħafna nies, jinsab f’pajjiżna.
Fr. Galea huwa minn San Ġiljan u emigra lejn l-Awstralja lura fl-2007. Huwa kantawtur li jxerred il-kelma t’Alla permezz tal-mużika tiegħu.
Fuq il-midja soċjali tiegħu, Fr Rob Galea qal li nhar il-Ħadd li ġej fil-12.15pm ser ikun qed iqaddes quddiesa fil-Knisja tal-Ibraġġ.