Il-Qorti Se Tiftaħ B’Urġenza Biex Numru Ta’ Persuni Jkunu Akkużati Bi Ħtif Ta’ Persuna U Serq

 Il-Qorti Se Tiftaħ B’Urġenza Biex Numru Ta’ Persuni Jkunu Akkużati Bi Ħtif Ta’ Persuna U Serq

Illejla, l-Qorti se tkun qed tiftaħ b’urġenza biex numru ta’ persuni jitressqu l-Qorti quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Charmaine Galea. Is-seduta mistennija tibda għall-ħabta tas-7:30pm.

Huwa mifhum li l-persuni li se jitressqu huma l-ħames irġiel li nhar il-Ġimgħa li għadda ħatfu raġel fir-Rabat u saqu bih lejn Raħal Ġdid fejn allegatament jidher li r-raġel hemmhekk irnexxielu jaħrab mill-vann.

Huma se jkunu akkużati bi ħtif ta’ persuna, arrest illegali u serq, fost oħrajn.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com