Illum Jerġa’ Jitlaqqa’ L-Parlament Malti Wara L-Waqfa Tal-Milied

Il-lejla se jkun qed jerġa’ jitlaqqa’ l-Parlament Malti wara l-waqfa għall-vaganzi tal-Milied.
Matul is-seduta tal-lejla mistenni jinħatar Andy Ellul bħala Membru Parlamentari Laburista ġdid. Dan wara li l-Eżekuttiv tal-Partit Laburista approva in-nomina ta’ Dr. Andy Ellul sabiex jkunu co-opted fil-Parlament.
Matul is-sena 2021, il-Parlament Malti għadda madwar 40 liġi ġdida, bl-aħħar waħda tkun l-liġi dwar l-użu tal-kannabis.
F’dan l-ewwel nofs tas-sena l-Parlament irid jiġi xolt hekk kif trid isir Elezzjoni Ġenerali biex il-poplu jagħżel Gvern u l-Membri Parlamentari li se jkunu qed jirrappreżentawhom.