Imħabbra D-Data Tas-Serata Finali Ta’ ‘X Factor Malta’

 Imħabbra D-Data Tas-Serata Finali Ta’ ‘X Factor Malta’

Hekk kif issa jonqos biss l-aħħar żewġ serati qabel dik finali, ftit tal-mumenti ilu l-organizzaturi ta’ ‘X Factor Malta’ ħabbru d-data tas-serata finali.

Fuq il-mezzi soċjali ta’ ‘X Factor Malta’, għadu kemm tħabbar li l-finali ta’ din il-kompetizzjoni se tkun qed isir nhar is-Sibt, 12 ta’ Frar.

Bla dubju din hija lejla mistennija ferm hekk kif issa l-kompetizzjoni daħlet fil-fażi finali tagħha b’serati eċċitanti ferm, fejn sfortunatament ma’ kull serata dejjem qed jonqsu l-parteċipanti.

Ir-rebbieħ finali se jkun qed jirbaħ €50,000 fi flus.

L-organizzaturi ħabru wkoll li l-biljetti għas-serata finali issa jinsabu għal-bejgħ ukoll minn hawn.

Din l-attività qed issir skond il-protokolli maħruġa mill-awtorità tas-saħħa.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com