Inċident tat-Traffiku Fi Triq Il-Kosta Fin-Naxxar

 Inċident tat-Traffiku Fi Triq Il-Kosta Fin-Naxxar

Ilbieraħ, għall-ħabta tas-sitta ta’ filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tattraffiku fi Triq il-Kosta, in-Naxxar.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li raġel ta’ 35 sena residenti n-Naxxar, tilef il-kontroll tal-mutur Kawazaki u nqaleb.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com