Inizjattiva B’Riżq Il-Komunità F’Isem Il-Kunsill Lokali Tal-Kalkara

Is-Sindku tal-Kalkara Wayne Aquilina ftit jiem ilu għamel appell biex min għandu xi siġar taċ-ċitru u forsi jixtieq jaqsam xi frott ma’ ħaddieħor, jgħaddih lill-kunsill.
“Kemm nieħu gost bis-sens komunitarju f’raħalna! … Il-frott beda jasal u ser inkunu qed inqassmuh ma’ persuni fil-bżonn”, qal Wayne Aquilina fuq il-midja soċjali tiegħu.
Appella biex min hu interessat li jagħti xi frott taċ-ċitru jista’ jagħmel dan billi jasal wasla sal-kunsill lokali.
“Jekk tafu lil xi ħadd li għandu bżonn, nitlobkom tinfurmawni. Grazzi tas-solidarjeta’”, temm is-Sindku Kalkariż.