Int Fi X’Ħin Tipposta Fuq Il-Midja Soċajli? Tistenna S-18.00pm?

 Int Fi X’Ħin Tipposta Fuq Il-Midja Soċajli? Tistenna S-18.00pm?

Ħafna humwa dawk li ma jgħixux mingħajr midja soċjali. Huwa l-post fejn turi x’int tagħmel, fejn wasalt fit-traġit ta’ ħajtek, x’tixtieq tixtri jew fejn se ssiefer.

Tintuża biex twassal messaġġ ta’ mħabba jew inkella botta lill-eks. Tintuża bħala pjattaforma ta’ promozzjoni għall-prodotti, politiċi, mkejjen, ristoranti u ħafna u ħafna iżjed. Saħansitra, modi ġodda u drawwiet moderni. Jew inkella biex jitfakkar il-passat.

Bħal kollox, hemm it-tajjeb u l-ħażin. Sta għalik kif tuża l-pjattaforma.

Importanti li nkunu konxji li ma nispiċċawx ikkalzrati mis-sitwazzjoni. Hemm min jispiċċa mimli ansjetà għaliex ma tefa’ xejn, jew ma għandux xi jtella’ ġdid. Hemm min jiġġennen għax ma dabbarx biżżejjed ‘likes’ u jħossu ikrah jew kerha.

Il-kummenti li jinkitbu, daqs kemm jgħolluk jistgħu jkissruk. Allura tajjeb li tkun konxju ta’ dak li qed titfa’, tgħid u twassal. Tinsiex, dak li tikteb, ma jitħassarx anqas b’ ‘delete’. Bi ‘screenshot’ tista’ ssirlek ħsara kbira.

Bla dubju, hemm l-att pożittiv. Konnettivita, ħbiberiji ġodda u anke relazzjonijiet li jinbtu mill-midja soċjali. Użaħha tajjeb!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com