Is-Sengleani Jibku T-Telfa Ta’ George Dingli – Eks Kows U Eks Plejer

 Is-Sengleani Jibku T-Telfa Ta’ George Dingli – Eks Kows U Eks Plejer

Illum tħabbret il-mewt tal-eks plejer, eks kowċ u membru tal-Kumitat ta’ Senglea Athletic F.C. u ta’ Senglea Athletic FC Nursery għal diversi snin, George Dingli.

George Dingli ta’ kontribut tiegħu fil-lokalità tal-Isla fejn jidħol football hu kien jiġbor lit-tfal li kienu jilagħbu fit-toroq u joħodhom il-grawnd ta’ Kordin biex jitħarrġu flimkien.

Għamel dan ukoll f zmien fejn is-Senglea Athletic ma kellhomx nursery , b’ hekk biegħed lit-tfal mill-vizzji tat-triq u għamel dan biex it tfal iħobbu aktar il-logħba tal-futbol; jiġbor lit-tfal li kienu qed jilgħabu fit-toroq u jiħodhom il-grawnd ta’ Kordin biex jitħarrġu flimkien.

Ħafna mill-plejers li ħarġu mill-Isla żgur li xi darba kienu jitħarrġu ma’ George. Minbarra l-kontribut tiegħu għall-klabb, George kien figura importanti fil-futbol għaż-żona tal-Kottonera, hekk kif għal snin twal ħadem qatigħ biex iressaq lit-tfal tal-inħawi lejn il-futbol.

Is-Sengleani isellem il-memorja ta’ George Dingli u joffru l-kondoljanzi lill-qraba u ħbieb tiegħu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com