Is-Soċjetà Mużikali San Lawrenz Tal-Birgu Tfakkar Il-100 Sena Mix-Xiri Ta’ Palazzo Huesca

 Is-Soċjetà Mużikali San Lawrenz Tal-Birgu Tfakkar Il-100 Sena Mix-Xiri Ta’ Palazzo Huesca

Din is-sena s-Soċjetà Mużikali San Lawrenz tal-Birgu qed tfakkar il-100 sena mix-Xiri ta’ Palazzo Huesca.

Dan il-Palazz bla dubju huwa binja prominenti fil-Pjazza tal-Belt Vittoriosa, imsemmi għall-Belt fejn twieled San Lawrenz, Patrun tal-Birgu. Din il-propjetà kienet inxtrat mis-Soċjetà Mużikali San Lawrenz mitt sena ilu, preċiżament nhar id-19 ta’ Lulju, 1922.

Tkellimna ma’ xi membri mill-Kumitat fejn qalulna li biex titfakkar din l-okkażjoni ħasbu sabiex jagħmlu numru t’attivitajiet. Dawn ser ikunu mifruxa fuq sena sħiħa fejn fost l-oħrajn insibu numru ta’ programmi mużikali mill-Banda tal-Birgu, esibizzjonijiet, attivitajiet sportivi, recording ta’ CD’s, ktieb dwar il-Palazz, proġetti ġodda u ħafna aktar.

Imma l-qofol tal-Festi jintlaħaq bejn il-15 u d-19 ta’ Lulju, il-ġurnata li fiha ġie ffirmat il-kuntratt għand in-Nutar Salvatore Cauchi fejn fost l-oħrajn ser issir Akkademja Mużikali li ser tfakkar ukoll il-50 sena mill-Innu l-Kbir lil San Lawrenz kompożizzjoni tas-Surmast Hector Dalli.

Għal dawn il-festi sar ukoll logo xogħol Adrian Vella bl-assistenza ta’ Andre Gatt.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com