Isir Rejd F’Garaxx F’Ħal Balzan – Jinstabu Madwar 150 Pakkett Ta’ Sustanza Bajda Allegatament Kokaina U Flus Kontanti

Operazzjoni mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Drogi, wasslet għall-arrest ta’ raġel ta’ 39 sena ta’ nazzjonalità Sirjana b’rabta ma’ traffikar ta’ droga.
Wara jiem ta’ sorveljanza, nhar l-Erbgħa il-Pulizija wettqet rejd f’garaxx f’Ħal Balzan. Malli daħlu ġewwa, il-Pulizija sabu lir-raġel u minn tfittxija li saret fil-garaxx instabu madwar 150 pakkett b’sustanza bajda, allegatament droga kokaina, lesta għat-traffikar, kif ukoll ammont ta’ flus kontanti.
Il-Maġistrat Dr Yana Micallef Stafrace qegħda tmexxi l-inkjesta.
Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti llum quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Nadine Lia, għallħabta taL-ħdax ta’ filgħodu.