It-Tħaddir Urban Fi Vjal Il-Ħelsien Ħaż-Żebbuġ Miexi Ġmielu

It-triq prinċipali ta’ Ħaż-Żebbuġ bdiet tieħu dehra ġdida hekk kif wara li tlesta xogħol strutturali bdew jiġu mħawwla ammont kbir ta’ siġar.
Il-Ministru Aaron Farrugia fuq il-mezzi soċjali tiegħu qal li dan il-proġett fi Vjal il-Ħelsien qed isir b’investiment ta’ €200,000, u li issa wasal fl-aħħar fażi tiegħu.