“Ittestjajt Pożittiv Għal-Covid Fl-Istess Jum Li Kelli Nieħu L-Booster Tal-Vaċċin” – Glenn Bedingfield
“Ittestjajt pożittiv għal-Covid fl-istess jum li kelli nieħu l-booster tal-vaċċin,” hekk kiteb dalgħodu fuq il-mezzi soċjali tiegħu l-Whip tal-Gvern Glenn Bedingfield.
Huwa qal li kieku laħaq ħa il-booster setgħet kienet storja differenti.
Fil-messaġġ tiegħu huwa appella lil kulħadd, biex jitlaqqam bil-booster fl-ewwel opportunita’ ħalli jevita il-virus. “F’dan il-perjodu li trid toqgħod ġewwa, tirrifletti aktar kemm is-saħħa hija verament importanti u l-ewwel grazzi għandha tmur lejn dawk kollha li jaħdmu f’dan il-qasam,” tenna Bedingfield.
Huwa qal li daqstant huma mportanti wkoll, il-membri tal-familja, qraba, ħbieb u nies oħrajn li jagħtuk sostenn u appoġġ ġenwin f’dan iż-żmien. “Napprezza ħafna s-sostenn tagħkom u minn qalbi nirringrazzja lil kulħadd u nawgura lil kulħadd il-Ħadd it-tajjeb,” kompla jikteb Glenn Bedingfield.
“Il-Covid nirbħulu u niltaqgħu dalwaqt,” temm jgħid.