Ivan Grech Illum F’Għeluq Sninu Qed Jitlob Rigali Speċjali…

 Ivan Grech Illum F’Għeluq Sninu Qed Jitlob Rigali Speċjali…

Illum huwa għeluq snin il-kantant Ivan Grech li bħalissa huwa wieħed mil-ġurija f’X Factor Malta wkoll.

“Bħal kull sena qed nitlob rigal minn għandkom,” kiteb Ivan Grech fuq il-mezzi soċjali tiegħu. Però r-rigal li qed jistenna Ivan mhu xejn ħlief donazzjoni b’risq Puttinu Cares Foundation.

Huwa għamel paġna apposta fejn wieħed jista’ jagħti d-donazzjoni tiegħu. Il-mira ta’ Ivan Grech hija li jiġbor €1,000 f’dan il-jum t’għeluq sninu.

“Għażilt li ngħinu lil Puttinu għaliex xi snin ilu kont għamilt wegħda ma’ xi ħadd speċjali li nixtieq li nżomm,” tenna Ivan Grech, filwaqt li qal li din il-ġabra tfisser ħafna għalih u jixtieq li jkun hemm min jikkontribwixxi f’din il-ġurnata speċjali għal Ivan Grech.

Idħol hawn biex tagħti donazzjoni.

Awguri Ivan!

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com