Jekk Is-Sitwazzjoni Tal-Pandemija Tibqa’ Taħt Kontroll Minn April Jirritornaw Il-Purċissjonijiet U L-Festi Esterni

 Jekk Is-Sitwazzjoni Tal-Pandemija Tibqa’ Taħt Kontroll Minn April Jirritornaw Il-Purċissjonijiet U L-Festi Esterni

F’Laqgħa kordjali li saret illum bejn il-Prim Ministru Robert Abela, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u l-Profs. Charmaine Gauci, flimkien ma’ rappreżentanza mill-Kurja tal-Arċisqof u l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda kien diskuss kif  jistgħu jkunu ċċelebrati din is-sena, attivitajiet reliġjużi esterni u l-festi esterni fl-ibliet u l-irħula.

Fi stqarrija l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda qalet li l-prinċipju ewlieni ta’ dawn id-diskussjonijiet kien li s-saħħa tal-poplu Malti u Għawdxi tibqa’ tingħata prijorità.

F’din il-laqgħa ġie deċiż li jekk il-każijiet tal-Covid fil-komunità jibqgħu taħt kontroll, minn April 2022 l-attivitajiet reliġjużi esterni u dawk festivi jistgħu jerġgħu jiġu ċċelebrati b’responsabbiltà. Dan ifisser li l-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira jkunu l-ewwel li jerġgħu jsiru, bi protokolli għal min isegwi. Bis-sitwazzjoni taħt kontroll il-festi tas-sajf imbagħad jiġu ċċelebrati b’mod normali.

Attivitajiet marbuta mal-festi li ser jiġu ċċelebrati fix-xhur ta’ Frar u Marzu, fosthom San Pawl fil-Belt u San Ġużepp fir-Rabat, jistgħu jiġu organizzati skond il-protokolli preżenti.

L-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda saħqet sabiex dawk kollha nvolut fil-festi jibqgħu juru serjetà u dixxiplina biex jerġgħu jkunu ċelebrati u organizzati l-attivitajiet reliġjużi u l-festi esterni li jiffurmaw parti mill-patrimonju Malti.

L-Għaqda kompliet tħeġġeġ lid-dilettanti tal-festi jikkonkorru għat-tilqim hekk kif dan jgħin biex jinżammu taħt kontroll l-agħar effetti tal-pandemija.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com

Warning: Unknown: write failed: No space left on device (28) in Unknown on line 0

Warning: Unknown: Failed to write session data (files). Please verify that the current setting of session.save_path is correct (/var/lib/php/sessions) in Unknown on line 0