Jinżlu Taħt It-3 t’Elef Il-Każijiet Attivi Tal-Covid-19 F’Pajjiżna

Fuq il-paġna ta’ Saħħa tħabbar li llum instabu 169 każ ġdid ta’ persuni bil-Covid-19 filwaqt li fiequ 327 persuna. Mietu tliet persuni; raġel ta’ 86 sena u ieħor ta’ 93 sena u mara ta’ 88 sena.
Bħalissa fl-isptar Mater Dei hemm 100 pazjent rikoverat u 4 pazjenti fl-ITU.
Bl-aġġornament tal-lum, il-każijiet attivi f’Malta niżlu taħt it-3,000 każ attiv.