Jirreżenja Frank Fabri – Is-Segretarju Permanenti Tal-Edukazzjoni
Frank Fabri, Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni rreżenja. Dan tħabbar fil-ġurnal MaltaToday ftit tal-ħin ilu.
Il-Ministru Justyne Caruana ntqal li kisret il-kodiċi ta’ etika wara li tat kuntratt ta’ €15,000 lill-ħabib viċin tagħha Daniel Bogdanovic. Fabri ffirma fuq dan il-kuntratt. Dan ħareġ mill-investigazzjoni tal-Kummissarju għall-Istandards Pubbliċi.
Jidher li Fabri tefa’ r-riżenja tiegħu kmieni llum.