Kienu Aċċettaw Li Jpejpu Fil-Foyer tat-Teatru Rjal

Bħal-lum 30 ta’ Jannar tal-1900, il-Kumitat tal-Opra tat-Teatru Rjal għamel proposti lill-Gvernatur sabiex dawk li jkunu fil-palketti jkunu jistgħu jpejpu fil-foyer, li jitbaxxa d-dawl mat-tlugħ tas-siparju u li jsir ilqugħ barra t-Teatru biex min ikun ħiereġ ma jixxarrabx bix-xita.
Biex l-istorja qatt ma tintesa anke dik ta’ kuljum.
Ritratt: The Victorian Web