“Kultant Persuna Kull Ma Tkun Trid Huwa Li Xi Ħadd Jismagħha” – Cyrus Engerer
“Ilbieraħ ċempilli persuna li ma kontx nafu. Domna fuq siegħa nitkellmu. Qalli li kien qiegħed jieħu pjaċir jarani nitkellem fuq is-saħħa mentali u l-effetti li tista’ tħalli.”
Hekk kiteb il-Membru Parlamentari Ewropew Laburista, Cyrus Engerer fuq il-mezzi soċjali tiegħu, fejn qal semma kemm huwa mportanti li nagħtu każ is-saħħa mentali.
Cyrus Engerer irrakkonta kif dan il-persuna li ċempillu qallu li kemm-il darba talab l-għajnuna lil sħabu u membri tal-familja iżda dawn ma ħaduhx bis-serjetà. “Qalulu li din hija fażi li se tgħaddi.”
Engerer saħaq kemm hemm bżonn li aktar minn qatt qabel nitgħallmu noffru l-għajnuna tagħna billi aktar minn xejn nisimgħu dak li għandhom xi jgħidulna. “Kultant, li sempliċiment tisma’ jagħmel ħafna ġid,” temm jgħid Cyrus Engerer.