L-2022 Se Tkun L-Aħħar Waħda Bil-Pandemija Tal-Covid-19?
Ma’ kull tmiem u bidu ta’ sena, almenu mill-2020 lil hawn, dejjem staqsejna lilna nfusna; ‘imma meta se tieqaf din l-pandemija?’
Xjentisti fuq CNBC News qalu li qabel xejn, il-Covid-19 trid tiġi influwenza bħall-influwenza normali. Jista’ jkun hemm pass minn ħafna pajjiżi sakemm issir norma kullimkien, li anke jispiċċaw il-kwarantini u jkun fid-dover tal-persuna li jieħu ħsieb tiegħu nnifsu u tan-nies ta’ madwaru bħal meta jkollok riħ.
Intqal ukoll li t-testijiet tal-Covid-19 iridu jorħsu sew u jiġu affordabbli għal kulħadd. Tennew li malli t-tfal kollha jkunu mlaqqma, hemm imbagħad verament il-każijiet jinżlu sew.
Madankollu, semmew li l-booster tal-Covid-19 aktarx irid jingħata kull sena.
Intom x’taħsbu dwar dan kollu?
Ritratt: Council of Europe