“L-Abbużi Minn X’Uħud Fosthom Residenti Huma Sfaċċati U Mhux Aċċettabbli…”
“Minkejja l-isforzi kollha li qed isiru mid-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar, fejn qed isir servizz addizzjonali ma’ dak li jwettaq il-Kunsill Lokali, l-abbużi minn x’uħud fosthom residenti huma sfaċċati u mhux aċċettabbli.”
Dan kien il-messaġġ li waslet id-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni fuq il-mezzi soċjali tagħha, fejn saħqet għal aktar kooperazzjoni u responsabiltà minn kulħadd fosthom ir-residenti ta’ din il-lokalità.
Bla dubju nirringrazzjaw lill-ħaddiema ta’ din id-Diviżjoni li ta’ kuljum jaħdmu biex iżommu lill-pajjiżna nadif.
Inti tista’ tirrapporta atti bħal dawn fuq l-App Clean and Upkeep. Tista’ wkoll ċċempel fuq 1718.