L-Eks PM Joseph Muscat Illum Jagħlaq 48 Sena

 L-Eks PM Joseph Muscat Illum Jagħlaq 48 Sena

Illum l-eks Prim Ministru Joseph Muscat jagħlaq 48 sena.

Huwa kien elett mexxej tal-Partit Laburista fl-2008 u fl-2013 rebaħ l-elezzjoni ġenerali b’maġġoranza kbira fuq il-Partit Nazzjonalista ta’ aktar minn 35,000 vot, sabiex sar Prim Ministru ta’ Malta.

Joseph Muscat rebaħ ukoll l-elezzjoni tal-2017 bl-istess distakk fejn eventwalment fl-2019 kien irriżenja minħabba instabbilita’ politika li kien hawn fil-pajjiż.

Fiż-żmien li għamel fit-tmexxija, Joseph Muscat mexxa l-Gvern biex seħħew diversi bidliet, fosthom fil-komunità LGBTIQ, skemi bħal first-time buyers, is-servizz ta’ childcare b’xejn u l-introduzzjoni tal-IVF fost oqsma oħra.

Propju nhar l-Erbgħa li għadda dakinhar stess li saret tfittxija mill-Pulizija fid-dar tal-familja Muscat, permezz ta’ filmat qal li mil-llum (f’għeluq sninu) se jkun qed jibda paġna ġdida wara sentejn kwiet. Huwa qal li se jkun qed jitkellem aktar kemm bil-mezzi soċjali kif ukoll wiċċ imb wiċċ man-nies dwar dak kollu li qed jiġri.

Awguri!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com