L-Ewwel Raġel Fid-Dinja Li Qed Jgħix B’Qalb Ta’ Ħanżir
David Bennett, Amerikan ta’ 57 sena huwa l-ewwel persuna fid-dinja li għamel trapjant tal-qalb ta’ ħanżir li kienet modifikata ġenetikament.
It-tobba miċ-Ċentru Mediku tal-Università ta’ Maryland qalu li Bennett jinsab tajjeb ħafna u qed jirrispondi sew wara t-tielet ġurnata li saret din l-operazzjoni ta’ seba’ sigħat.
Dan it-trapjant kienu l-unika u l-aħħar tama li David Bennett seta’ jibqa’ jgħix. Għalkemm għadu mhux konfermat il-futur tiegħu u r-rata ta’ suċċess ta’ din il-qalb.
“Jew imut jew nagħmel dan it-trapjant,” qal Bennett ġurnata qabel l-operazzjoni.
“Naf li din kienet deċiżjoni riskjuża, imma din kienet l-aħħar ċans,” kompla jgħid.
Biex saret din l-operazzjoni t-tobba miċ-Ċentru Mediku tal-Università ta’ Maryland ġabu permess speċjali mir-Regolatur Mediku Amerikan sabiex seta’ jsir dan it-trapjant fuq il-bażi li jekk ma’ jsirx David Bennett kien ħa jmut. Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li Bennett ma’ setax jkollu trapjant ta’ qalb umana minħabba problemi ta’ saħħa serji.
Għat-tim li ħaddem fuq dan it-trapjant din fissret snin twal ta’ riċerka u studju implimentati fil-prattika, bir-riżultat jista’ jbiddel il-ħajjiet ta’ bosta madwar id-dinja.
Ritratti: CNN