L-Għasel Pur Ta’ Malta Se Tkun Tista’ Tagħrfu Permezz Ta’ Tabella
Ħafna nies jistaqsu jekk l-għasel li jkunu qed jixtru jkunx verament prodott Malti, dan minħabba li fis-suq wieħed jista’ jsib ħafna prodotti li jistgħu jkunu finta jew mhux vera prodott lokali.
Il-Malta Beekeepers’ Association (MKBA) ħabbret li l-għasel pur ta’ Malta issa se jkun identifikat permezz ta’ marka apposta.
Fi stqarrija ġie spjegat li din il-marka ħa tkun qed tas-sigura li l-prodott huwa awtentiku. Dan ħa jkun qed isir permezz ta’ ittestjar bla preċedent permezz ta’ laboratorji indipendenti fuq prodotti tal-għasel lokali, biex dawk ġenwini jkunu jistgħu jingħataw din il-marka li tiġi stampata fuq il-prodott.
Biex prodott jingħata din il-marka l-produttur irid jkun segwa sett ta’ kriterji waqt il-produzzjoni tal-għasel, li l-għasel ikun magħmul min-naħal tal-għasel li jdakkru fjuri f’Malta.