“L-Obbligu Li Nisimgħu Lill-Esperti” – Il-Partit Nazzjonalista

 “L-Obbligu Li Nisimgħu Lill-Esperti” – Il-Partit Nazzjonalista

Il-Partit Nazzjonalista’ jilqa’ d-dokument “A Social Pact”, maħruġ mill-Faculty of Social Wellbeing bi preparazzjoni għall-Elezzjoni Ġenerali li jmiss.

Stqarrija ffirmata minn Claudette Buttigie – Deputat Speaker u Kelliem għall-Politika Soċjali u l-Familja flimkien ma’ Claudio Grech – Kelliem għat-Tiġdid Politiku, Riċerka u Innovazzjoni ntqal li huwa ċar li pajjiżna għandu bżonn il-kontribut serju tal-imħuħ kollha ta’ pajjiżna biex tissawwar politika serja u ġenwina fejn il-bniedem ikun dejjem fiċ-ċentru tal-politika. Din l-inizjattiva turi li l-esperti f’pajjiżna mhux qed jistennew lill-politiċi jagħmlu l-ewwel pass imma qed jixprunaw lill-partiti biex jimxu fid-direzzjoni fejn id-deċiżjonijiet huma bbażati fuq l-evidenza xjentifika u riċerkata. Hekk għandu jkun.

Il-Partit Nazzjonalista jinnota li wħud mill-proposti li qed jagħmel l-istess partit fuq ix-xogħol imprezzabli tal-clusters qed jidhru wkoll f’dan id-dokument. Dan juri li l-ħidma tal-clusters għandha pedament riċerkat u li saret il-konsultazzjoni.

Il-Partit Nazzjonalista issa huwa kommess li jixtarr il-proposti ppreżentati f’dan id-dokument biex jaddotahom u jinkludihom fil-manifest elettorali għall-elezzjoni ġenerali li jmiss.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com