Mara B’Ġrieħi Gravi Wara Li Waqgħet Minn Fuq Ħajt Ta’ Terrazzin Fis-Swieqi

 Mara B’Ġrieħi Gravi Wara Li Waqgħet Minn Fuq Ħajt Ta’ Terrazzin Fis-Swieqi

Mara ta’ 25 sena sofriet ġrieħi gravi wara li waqgħet madwar sular.

L-aċċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-6:30pm, ġewwa residenza fi Triq il-Kartoċċ, is-Swieqi.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li l-vittma li kienet toqgħod fl-istess residenza sofriet xi ġrieħi wara li waqgħet madwar sular minn fuq ħajt ta’ terrazzin.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku biex jassisti u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard hi ġiet iċċertifikata li qed issofri min ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com