Mara L-Isptar B’Qatgħa Kbira Fuqha Wara Li Trakk Ġibed Siġra Fuq Il-Karozza Tagħha
Mara ta’ 50 sena mill-Birgu ddaħħlet l-Isptar wara li dalgħodu parti minn siġra waqgħet fuq il-karozza li kienet qed isuq.
Jidher li dan l-inċident seħħ għall-ħabta tad-8:40am, fi Vjal Sir Paul Boffa, meta trakk kbir li kien qed jinstaq quddiem karozza direzzjoni lejn Raħal Ġdid ġibed parti mis-siġra, bil-konsegwenza li waqgħet fuq il-karozza.
Fortunatament l-impatt tas-siġra seħħ fuq in-naħa ta’ wara tal-karozza. Il-mara li kienet qed isuq il-karozza ttieħdet l-Isptar minħabba l-qatgħa kbira li kellha fuqha.
Kawża ta’ dan l-inċident inħolqot konġestjoni kbira ta’ traffiku fit-toroq tal-madwar sa Triq Diċembru 13.
Il-Pulizija qed tinvestiga dan il-każ.
Ritratti: TVM